GFA BOV Plejer tax-Xahar – Settembru: John Alejandro Gonzalez Castillo – Ottubru: Brian Alejandro Parada – Novembru: Natal Cidley Severiano

by | Mar 16, 2026 | 25/26, GFL 1st Div, News

GFA BOV Plejer tax-Xahar – Settembru 2025
John Alejandro Gonzalez Castillo: Għajnsielem

 
L-unur tal- BOV plejer tax-xahar tal-futbol Għawdxi għal Settembru ntrebaħ mill-
attakant ta’ Għajnsielem John Alejandro Gonzalez Castillo. Is-Sinjura Charmaine
Borg, maniġer tal-Bank of Valletta għar-Reġjun t’Għawdex, ipreżentat it-trofew tal-
BOV plejer tax-xahar waqt presentazzjoni li saret fl-uffiċju tal-Bank of Valletta fir-
Rabat Għawdex.

L-attakant mill-Venezuela Jhon Gonzalez, li ghandu 24 sena, nagħaqad ma’
Għajnsielem fil-bidu tal-istaġun u mill-ewwel logħbiet kellu kontribut importanti sabiex
Għajnsielem kienu r-rivelazzjoni tal-kampjonat billi kisbu tlett rebħiet mill-ewwel tlett
logħbiet u stabillixew post mal-isfidanti għar-rebħ tal-kampjonat. Matul Settembru
Għajnsielem bdew il-kampjonat b’rebħa ta’ 2-0 kontra Xagħra United u fit-tieni
logħba għelbu lil Nadur Youngsters bl-iskor ta’ 2-1, bil-gowl deċiżiv ikun skurjat minn
Jhon Gonxzales fit-80 minuta. Wara l-bidu b’saħtu li kellhom Għajnsielem fil-
kampjonat, issa qed jfittxu li għal kumplament tal-istaġun jżommu l-pass mat-timijiet
ta’ quddiem sabiex ikunu jistgħu jikompetu għall-unur ewlieni tal-futbol Għawdxui

Jhon Gonzalez għażel li l-kontribuzzjoni tal-Bank of Valletta marbuta ma’ dan l-unur
tmur lil-Fondazzjoni Arka.

GFA BOV Plejer tax-Xahar – Ottubru 2025
Brian Alejandro Parada: Xewkija Tigers FC

 
L-attakant mill-Arġentina ta’ Xewkija Tigers Brian Alejandro Parada rebaħ l-unur tal-
BOV plejer tax-xahar tal-futbol Għawdxi għal Ottubru. Parada irċieva t-trofew tal-
BOV plejer tax-xahar waqt presentazzjoni li saret fl-uffiċju tal-Bank of Valletta fir-
Rabat Għawdex mis-Sinjura Charmaine Borg, maniġer tal-Bank of Valletta għar-
Reġjun t’Għawdex.

Brian Parada, li għandu sitta u għoxrin sena, ngħaqad ma’ Xewkija Tigers fil-bidu
tal-elfejn erbgħa u għoxrin u matul iż-żmien li ilu magħhom kien l-iskor ewlieni tat-tim.
Matul ix-xahar ta’ Ottubru Xewkija Tigers kienu mpenjati f’żewġ logħbiet mill-
kampjonat BOV Gozo Football League tal-ewwel diviżjoni fejn kisbu żewġ rebħiet
biex baqgħu fl-ewwel post tal-klassifika u komplew jikonfermaw l-ambizzjonijiet
tagħhom li jisfidaw għar-rebħ tal-kampjonat li llhom ma jirbħu mill-2017.

Parada, kellu bidu tal-istaġun mill-aqwa. Fil-logħob ta’ Xewkija f’Ottubru huwa skorja
l-ewwel gowl fir-rebħa ta’ 5-1 kontra Xagħra United, f’logħba mir-raba gurnata tal-
kampjonat, u fil-logħba mis-sitt ġurnata skorja l-ewwel żewġ gowls fir-rebħa ta’ 3-1
kontra Nadur Youngsters. Permezz ta’ dawn it-tlett gowls f’żewġ logħbiet Parada
kompla jsaħħaħ postu bħala l-aqwa skorer tal-kampjonat.

Brian Alejandro Parada għażel li l-kontribuzzjoni tal-Bank of Valletta marbuta ma’
dan l-unur tmur lil-Fondazzjoni Arka.

GFA BOV Plejer tax-Xahar – Novembru 2025
Natal Cidley Severiano (Nenem): Kercem Ajax FC


Natal Cidley Severiano, attakant ta’ Kercem Ajax magħruf bħala Nenem, kien
magħżul bħala l-BOV plejer tax-xahar tal-futbol Għawdxi għal Novembru. It-trofew
tal-BOV plejer tax-xahar kien ippreżentat lil Nenem mis-Sinjura Charmaine Borg,
maniġer tal-Bank of Valletta għar-Reġjun t’Għawdex, fl-uffiċju tal-Bank of Valletta fir-
Rabat Għawdex

Nenem, li għandu ħamsa u għoxrin sena, ngħaqad ma’ Kerċem Ajax fil-bidu ta’ dan
l-istaġun wara li kien għadhom kemm kisbu l-promozzjoni. Kerċem bdew dan l-
istaġun b’ambizzjonijiet li jkunu kompetitivi fil-kompetizzjonijiet kolla iżda l-aktar bit-
tama li jkunu jistgħu jirbħu l-kampjonat wara erbgħin sena. Fl-ewwel parti tal-istaġun
Kerċem dehru li għandhom il-potenzjal li jilħqu l-ambizzjoni tagħhom fejn inkludew
grupp ta’ plejers ta’ kwalita f’kull dipartiment. Nenem qed ikollu rwol importanti sabiex
jgħin lit-tim iżomm post fost l-isfidanti ewlenin għall-unuri.

Matul Novembru Nenem kien protagonista fit-tim ta’ Kerċem li kienu mpenjati
f’erbgħa logħbiet minn tlett kompetizzjonijiet fejn kisbu riżultati imħalta. Kerċem
kienu eliminati mill-BOV GFA Cup minn Qala Saints bl-ghoti tal-penalties, wara li l-
logħba fi tmiem il-ħin barrani intemmet fi dro ta’ 2-2, iżda kisbu post fil-finali tal-
kompetizzjoni Knock Out tal-ewwel diviżjoni meta eleiminaw lil Xagħra United bl-
għoti tal-penalties fil-kwarti finali u kisbu rebħa ta’ 6-1 fis-semi finali kontra Xewkija
Togers. Fl-unika logħba mill-kampjonat BOV Gozo Football League tal-ewwel
diviżjoni li kellhom f’Novembru, Kerċem soffrew l-ewwel telfa fil-kampjonat meta sfaw
megħluba minn Qala Sainst bl-iskor ta’ 1-3.

Nenem għażel li l-kontribuzzjoni tal-Bank of Valletta marbuta ma’ dan l-unur tmur lil-
Fondazzjoni Arka.

Be the number 1 fan!

Support your team by attending matches in person. You can purchase tickets online from the GFA Website.

0 Comments

Submit a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *

BOV Gozo Football League First Division

Get the latest

Subscribe to Web Push Notifications to get the latest GFA news, results and updates!

Related posts

Xewkija Tigers Reach Cup Final with a Narrow Win

Xewkija Tigers Reach Cup Final with a Narrow Win

31 March 2026 BOV GFA Cup (S/final) Gozo Stadium Nadur Youngsters FC : 0 Xewkija Tigers FC : 1 33’ (penalty missed - high) Brian Alejandro Parada (XT) 80’ (0-1) Joseph Mario Vella Nadur Y: Z. Vella, L.B. Da Silva, M. Scarpari, J. Xerri, L. Buttigieg (S. Xuereb 46),...

read more
Munxar Avoid the Bottom Place with a Late Double

Munxar Avoid the Bottom Place with a Late Double

1 April 2026 GFA BOV Gozo Football League 2nd Division (MD 15) Sannat Ground Zebbug Rovers FC : 1 Munxar Falcons FC : 2 27’ (1-0) Bernard Camilleri 85’ (1-1) Ayesller Carvalho 90’ (1-2) Ayesller Carvalho Zebbug R: F. Portelli, A. Abela, B. Camilleri, H.H. Goncalves...

read more
Sannat Lions Crowned Champions and Promoted

Sannat Lions Crowned Champions and Promoted

29 March 2026 GFA BOV Gozo Football League 2nd Division (MD 15) Kercem Stadium Oratory Youths FC : 0 Sannat Lions FC : 6 35’ (0-1) Igor Nedeljkovic 42’ (0-2) Igor Nedeljkovic 45’ (0-3) Keiran Calleja 47’ (0-4) Igor Nedeljkovic 67’ (0-5) Igor Nedeljkovic 88’ (0-6)...

read more

Written by GozoFA

Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.